Beda jagħti b’sikkina waqt festa; sentenza sospiża

Raġel ingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija wara li ammetta li attakka lil żagħżugħ b’sikkina waqt il-festa ta’ Birżebbuġa.

Fil-Qorti nstema’ kif Carmel Bonnici ta’ 68 sena minn Birżebbuġa beda jagħti bis-sikkina tiegħu lil żagħżugħ li kien involut f’argument mat-tifel tiegħu. Ir-raġel weġġa’ wkoll lil raġel ieħor.

Il-Maġistrat qal li huwa ta’ dispjaċir li jkun hemm il-ġlied waqt il-festi li suppost qegħdin hemm biex iġibu l-għaqda.

Il-Qorti tat lill-akkużat sentenza ta’ sena l-ħabs sospiża għal sentejn fuq garanzija personali ta’ €2,000. Huwa ġie ordnat biex ma jersaqx lejn iż-żewġ persuni li weġġa’ għal sena.

Il-każ seħħ ilbieraħ.