“Beda jagħfas is-sikkina m’għonqi; prova jagħtini fl-istonku”

Il-kantanta Mikela Attard qalet kif waqt li hi u ħabibtha kienu qed jistennew għall-affari tagħhom quddiem stabbiliment f’San Ġiljan, raġel aggredieha u saħansitra poġġielha sikkina ma’ għonqha.
Hi spjegat kif filwaqt li b’id waħda żamm is-sikkina ma’ għonqha, bl-id l-oħra beda jiġbdilha l-basket, u aktar kemm għadda ħin aktar sar aggressiv u aktar beda jagħfasha ma’ għonqha.
F’messaġġ emozzjonanti li ħalliet it-tfajla fuq Facebook, irrakkuntat kif f’ħin minnhom ir-raġel, li kien akkumpanjat minn raġel ieħor u li beda jgħajjat magħhom bil-Libjan, irnexxielu joħdilha l-basket minn idha u kien hemm li żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post.
F’dak il-mument, Mikela u Monica telqu jiġru wara ż-żewġt irġiel. Hi spjegat kif f’mument minnhom irnexxilhom jilħquhom u r-raġel reġa’ beda jipponta s-sikkina lejha u saħansitra tgħid li pprova jagħtiha daqqa biha fl-istonku.
Kompliet tgħid kif wara li baqgħu isegwu lill-irġiel, u wara li għal kemm-il darba r-raġel armat pprova jkorriha, tliet ħaddiema tas-sigurta ta’ klabb fil-viċinanzi semgħu l-għajjat tagħhom u renxxielhom jaqbdu lir-raġel li kien armat. Għaldaqstant tgħid li r-raġel l-ieħor ħarab minn fuq il-post.
Hi staqsiet ukoll kif wieħed għandu jħossu wara esperjenza bħal din.
Tgħid li kienet fortunata għax kellha l-kuraġġ li ssegwih, u li ngħatat l-għajnuna f’waqtha kemm mill-ħaddiema tas-sigurtà kif ukoll mill-Pulizija filwaqt li rringrazzjathom ta’ dak kollu li għamlu magħha.