Beckham irid lil Hart għal ma’ Inter Miami

L-eks plejer tat-tim Ingliż David Beckham offra xogħol lil sieħbu Joe Hart. Il-leġġenda jidher li wera interess li joffrilu kuntratt mat-tim tal-MLS Inter Miami.

Hart li hu t-tielet għażla għal Burnley għaddej minn żmien xejn feliċi. Lura fl-2016, Pep Guardiola ddeċieda li jneħħi lil Hart mit-tim Ingliż Manchester City għax qal li ma kienx tajjeb biż-żejjed b’saqajh.

Hu mar b’loan mall-klabb Taljan Torino u mexa għal ma’ West Ham. Hart iffirma ma’ Burnley fl-2018 u lagħab 19-il darba fil-Premier League l-istaġun li għadda. Iżda l-gowler li għandu 32 sena ma lagħabx darba dan l-istaġun. Minflok qed jilgħab Nick Pope.

Il-gazzetta Ingliża The Sun irrappurtat li Joe tkellem ma’ sħabu u qalilhom li Beckham tkellem miegħu u qed jispera li se jilħqu ftehim.