Beacon Media qed tfittex il-ġurnalisti!

Miguela Xuereb

Read in English.

Beacon Media Group qed tfittex li timpjega ġurnalisti b’ħiliet diversi biex jaħdmu full-time fuq il-pjattaformi diġitali tagħha. Dawn jinkludu s-sit tal-aħbarijiet bil-Malti u dak bl-Ingliż, 103 Malta’s Heart – wieħed mill-istazzjonijiet nazzjonali tar-radju, u l-midja soċjali tagħhom.

Qed infittxu ġurnalisti ambizzjużi b’ħiliet ta’ rappurtaġġ u b’abilità li jiġġeneraw kontenut esklussiv. Iridu jkunu dixxiplinati u jkollhom ħakma eċċellenti tal-Malti u l-Ingliż. 

Li jkollhom l-esperjenza, livell terzjarju ta’ edukazzjoni, u li jkunu lesti li jitgħallmu kif jeditjaw filmati u awdjo, tkun għall-vantaġġ tagħhom.

Din hija opportunità tajba għal dawk li huma enerġetiċi u ambizzjużi sabiex isiru parti minn waħda mill-aqwa organizzazzjonijiet tal-midja f’Malta.

Dawk interessati għandhom jibagħtu CV fuq hr@newsbook.com.mt sa nhar l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru 2020.