Bdoti tal-Air Malta ma jifilħux; s’issa titħassar titjira waħda

Titjira tal-Air Malta li kellha titlaq għal Pariġi fit-3.10pm ġiet ikkanċellata hekk kif għadd ta’ bdoti rrappurtaw li kienu ma jifilħux fl-istess waqt. Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Air Malta li ma kkonfermax kemm il-bdota avża li kien ma jiflaħx.

Il-kelliem spjega li l-Air Malta qed tagħmel minn kollox sabiex toffri postijiet fuq titijiriet alternattivi jew inkella ma’ linji tal-ajru oħrajn. Intant skuża ruħu mal-passiġġieri f’isem il-linja tal-ajru.

Mhux magħruf jekk hux se jiġu affettwati aktar titjiriet fil-ħin li ġej.