Bdil tal-ħinijiet tal-Gozo Channel nhar il-Ħamis

Il-vapur minn u lejn Għawdex se jkun qed jaħdem b’mod aktar frekwenti nhar is-16 ta’ Awwissu.

Se jkun hemm vapur mill-Imġarr fis-6:00am, 6:30am, 7:00am u s-7:30am u fl-istess ħin se jitlaq vapur miċ-Ċirkewwa. B’hekk il-vapuri se jkunu qed jaħdmu u jitilqu mill-portijiet kull nofs siegħa.

Dan se jsir biex jantiċipaw it-traffiku li dejjem  jinġema’ wara xi festa pubblika.