Bdil meqjus għall-eżamijiet tal-GCSE fl-Ingilterra minħabba r-Ramadan

Fl-Ingilterra għaddejja diskussjoni biex jinbidel iż-żmien jew il-ħinijiet tal-eżamijiet tal-GCSE u tal-A’ level biex jakkomodaw ħtiġijiet ta’ studenti Musulmani minħabba l-impatt tar-Ramadan.
Il-bord tal-eżamijiet qed jissuġġerixxi li l-eżamijiet isiru iktar kmieni matul il-ġurnata, meta l-istudenti jkunu għadhom mhux bil-ġuħ ħafna, inkella qabel Ġunju biex ma jmissx ma’ żmien ir-Ramadan.
Din l-aħbar ħarġet wara kumment mill-Kummissarju għat-Tfal li qalet li kienet qed tiġi kkunsidrata bidla fl-iskeda tal-eżamijiet biex jonqos l-impatt fuq studenti Musulmani.
Ir-Ramadan, din is-sena, se jaħbat bejn is-6 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju, li hu ż-żmien meta mistennija jsiru l-parti l-kbira tal-eżamijiet fir-Renju Unit.