Bdil fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-Uffiċċju taż-Żwiġijiet fil-Kurja

Il-Kurja tal-Arċisqof avżat li mis-6 ta’ Lulju sal-14 ta’ Settembru 2016, iż-żewġ ġranet inklużi, l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet fil-Kurja, il-Furjana, ser ikun miftuħ ħamest ijiem fil-ġimgħa filgħodu.
L-Uffiċċju taż-Żwiġijiet se jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt, bejn it-8:30am u nofsinhar.