Bdiet il-vjaġġ ta’ studju wara li miet missierha

Amy Camilleri Zahra bħalissa qegħda tagħmel it-tieni u l-aħħar parti fl-istudji tagħha biex tikseb il-grad ta’ PhD wara li l-applikazzjoni tagħha biex tittrasferixxi mill-Mphil kienet aċċettata.

Hi bdiet dan il-vjaġġ ta’ studju fl-2015 wara li miet missierha. Hi tgħid li din kienet triq iebsa, anzi iebsa ħafna meta riedet tgħaqqad flimkien id-doveri tagħha ta’ omm, ix-xogħol u l-istudju. B’dan il-mod irrabattiet it-telfa kbira ta’ missierha u b’hekk setgħet tikkonċentra ħajjitha mill-ġdid.

F’dan il-perjodu ġraw bosta avvenimenti, inkluż it-twelid tat-tifel tagħha Gianni. Amy Camilleri Zahra kienet tilfet saqajha t-tnejn u anke xi swaba iżda xorta waħda tibqa’ għaddejja bl-istudju tagħha. Id-determinazzjoni tagħha hijab la dubju ta’ ispirazzjoni għal ħafna.

“Kien hemm żmien,” qalet Amy, “meta għamilt ħafna xogħol. Iżda mbagħad kien hemm żmien meta ġarritni l-ħajja u tgħallimt li anki dik hi xi ħaġa tajba. Huma importanti ħafna li jkolli appoġġ ma jaqta’ xejn minn dawk ta’ madwari, speċjalment mill-familja tiegħi u s-supervisor.’

Il-mara kompliet tgħid li baqa’ ħafna tul ta’ triq xi tterraq iżda t-trasferiment tagħha għall-PhD jimmotivaha biex taħdem aktar. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, l-aktar li jimmotivaha huwa binha. Qed nagħmel dan kollu għalih.”