Bdew jitqassmu €300 lil kull familja li kellha wild fl-2020

Read in English.

Mis-Sibt bdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ €300 għall-familji li kellhom wild jew adottaw.

Fi stqarrija l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li din hija wegħda oħra mwettqa mill-baġit tas-sena 2020.

Dawn iċ-ċekkijiet se jkunu qed jirċevuhom 345 familja li s’issa kellhom wild. Mill-bidu tas-sena ‘l hawn twieldu 350 tarbija.

Il-Ministru Falzon spjega li minn issa ‘l quddiem dawn iċ-ċekkijiet se jkunu qed jinħarġu darba fil-ġimgħa. Temm li, “permezz ta’ din il-miżura taċ-child bonus se nkunu qed nagħtu assistenza finanzjarja fi żmien fejn l-ommijiet ikollhom spejjeż u piżijiet oħra. Dan hu Gvern b’ruħ u qalb soċjali”.