Bdew jingħataw l-istipendji biż-żieda għall-għoli tal-ħajja

Fil-jiem li għaddew, l-istudenti f’diversi istituzzjonijiet edukattivi f’Malta u Għawdex irċivew l-istipendju biż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-istipendju se jkompli jiżdied skont l-ogħli tal-ħajja.
Intqal li l-istudenti li qed jirrepetu sena fis-sixth form diġa irċivew l-ewwel stipendju tagħhom.
L-istudenti li qed jirrepetu sena fl-Università ta’ Malta se jirċievu l-istipendju ta’ Jannar fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.
Dan wara li ttieħdet id-deċizzjoni li l-istipendju jingħata wkoll lil dawk l-istudenti li qed jirrepetu sena fl-Università.
Intqal li l-istudenti li qed jirrepetu u li ma jattendux regolari jew ma joqogħdux għall-eżamijiet mhux se jingħataw stipendju.
L-isforz ta’ kull student se jkun evalwat u minn hemm tittieħed id-deċizzjoni jekk l-istudent partikolari għandux jingħata l-istipendju.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li t-tnaqqis fl-istipendji lill-istudenti li ma jattendux il-lezzjonijiet qed tinħadem pro-rata, b’din il-miżura ilha fis-seħħ għal diversi snin.