Bdew it-tħejjijiet għall-Baġit 2019

DOI Jason Borg

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna ppreżenta u beda diskussjoni dwar x’inhuma l-prospetti għall-ekonomija u l-finanzi għall-Baġit 2019 flimkien mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Scicluna qal li t-tkabbir ekonomiku Malti mistenni jibqa’ ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Qal ukoll li l-Gvern laħaq u qabeż il-persentaġġ tal-impjieg li ried jintlaħaq sal-2020.

Huwa stqarr ukoll li l-Gvern qed jagħmel l-aħjar li jista’ biex iżomm id-dejn taħt il-50% minn din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentar, Aaron Farrugia qal li l-laqgħat ta’ qabel il-baġit jiffukaw fit-tul biex b’hekk ikunu kkunsidrati r-realtajiet li jinbidlu l-ħin kollu. Fosthom, huwa semma l-futur tax-xogħol, il-post tax-xogħol u r-raba’ rivoluzzjoni industrijali.