Filmat: “Bdejt ninnota bidla fl-imġiba ta’ Kristina” – Claudette

Għall-Jum Dinji tad-Dijabete Claudette Buttigieg titkellem dwar l-esperjenza li hi u żewġha David għaddew minnha meta binthom Kristina, fl-età ta’ sitt snin, saret taf li kellha d-dijabete.

Kien wara li Claudette kellha operazzjoni u kienet qed tqatta’ ħafna ħin id-dar u bdiet tinnota bidla fl-imġiba tat-tifla.

Is-suspetti ta’ Claudette kienu eżatti u wara li sarulha xi testijiet irriżulta li t-tifla kellha d-dijabete.

“Fil-bidu ma tibqax tara l-affarijiet tajbin. Fil-bidu tara l-affarijiet il-koroh biss,” tistqarr hi waqt li żiedet tgħid li dak iż-żmien kienet se twaqqaf ix-xogħol tagħha fosthom li tagħmel it-tielet edizzjoni tal-programm L-Isfida li kellu jsir fuq il-PBS.

“Diġà kont infaxxajt rasi. Is-sena ta’ wara Kristina kellha tagħmel l-Ewwel Tqarbina,” tistqarr hi waqt li tgħid li diġa kienet qatgħet qalbha li tagħmlilha party jew inkellha kif se jibdew jagħtu l-insulina lil Kristina meta tmur l-iskola.

Maż-żmien, wara li attendiet għal kamp apposta mingħajr il-ġenituri, Kristina kienet tgħallmet tieħu l-insulina weħidha.

Claudette użat l-esperjenza tagħha biex tgħin lil ħaddieħor u saħansitra għenet oħrajn jaddattaw irwieħom f’din is-sitwazzjoni.

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat hawn taħt:

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Malta Diabetes Assosciation permezz ta’ dan il-link.