Awguri lill-kantanta Adie u r-raġel tagħha Noel Azzopardi li s-Sibt 9 ta’ Jannar fl-10.05am saru ġenituri għall-ewwel darba.
“L-istennija għaddiet u bdejna s-sena bil-kbir. Bi pjaċir kbir u eċċitament jien u l-għażiża marti Adie lqajna fid-dinja lil Nathan Jay,” ikkummenta Noel li qal ukoll li kemm l-omm kif ukoll it-tarbija jinsabu tajbin.
“Nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna appoġġ matul dan il-vjaġġ maġiku u fuq kollox nirringrazzjaw lill-Alla li berikna b’dan il-ġojjell,” temm jgħid hu.

Nawguraw lil Adie u lil Noel għat-twelid ta’ binhom Nathan Jay.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.