B’dan il-proġett il-konsum tal-ilma se jonqos bi 30%

DOI - Clifton Fenech

L-Università ta’ Malta se tmexxi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-ilma f’Malta b’madwar 30%.

L-istqarrija tispjega li l-proġett Micro Watts li jiswa € 2.5miljun se jirriċikla l-ilma ġej mill-banjijiet, sinkijiet, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u magni oħra tal-kċina b’sistema fejn l-enerġija mix-xemx tiffiltra l-ilma minn kull batterju li jista’ jkun preżenti.

Il-proġett jgħaqqad l-industrija mal-akkademiċi u flimkien mal-Università se jipparteċipaw il-kumpanija Econetique u Plastica Alfa u se jkun finanzjat minn fondi Ewropej taħt l-iskema Interreg V.A. Italia-Malta 2014-2020.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea (UE) Aaron Farrugia qal li sa issa ntagħżlu 15-il proġett taħt din l-iskema b’total ta’ €9 miljun.