Bċejjeċ fil-baħar jistgħu jkunu tal-ajruplan li sparixxa

Suldati tal-flotta navali tal-Vjetnam lemħu xi biċċiet li jistgħu jkunu tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines li sparixxa jumejn ilu.
Uffiċjali qalu li kien dlam wisq biex jikkonfermaw biċ-ċert li l-partijiet huma tat-titjira MH370 li kella abbord 239 persuna.
It-tfittxija, kemm mill-baħar u mill-ajru se tkompli u l-bċejjeċ mistennija jkunu konfermati kmieni filgħodu.
Sadanittant investigaturi qed janaliżżaw filmati li nġibdu fuq ic-CCTV li juru żewġ passiġġieri li kienu qed jivjaġġaw b’passaporti misruqa.