BBC jipparteċipa f’festival f’Malta

L-istazzjon nazzjonali Ingliż BBC u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ffirmaw ftehim biex jipparteċipaw fil-festival ewlieni fid-dinja tal-mużika li se jsir illum f’Malta.
Preżenti għal dan il-festival se jkun hawn Danny Howard, DJ mill-istazzjon BBC Radio 1. Dan minbarra ċelebritajiet bħal m’huma Steve Aoki, Klingande, Tinie Tempah, Mambo Brothers, Luc Adams u t-talent lokali Ziggy.
Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li enitità ta’ reputazzjoni għolja bħal  BBC tkun preżenti fuq il-palk ewlieni tfisser suċċess għall-industrija tal-festivals hawn Malta.
Il-festival se jkun ukoll irrekordjat u mxandar aktar tard fuq BBC Radio 1.