Bayern Munich jitilfu l-opportunità li jirbħu l-Bundesliga

Bayern Munich tilfu l-opportunità li jirbħu s-seba’ titlu konsekuttiv tal-Bundesliga meta ġew miżmuma draw minn RB Leipzig, b’logħba oħra biss x’tintlagħab.

Leon Goretzka sab ix-xibka fit-tieni nofs tal-logħba, iżda l-isforz tiegħu ssarraf fix-xejn hekk kif il-gowl ġie miċħud mill-VAR. Fit-tieni post hemm Borussia Dortmund, li żammew it-tama għat-titlu ħajja hekk kif għelbu lil Fortuna Dusseldorf 3-2.