Bayern Munich jiskopru talent Amerikan

Ir-rivista sportiva mill-Ġermanja Kicker irrappurtat illi Bayern Munich jinsabu viċin illi jakkwistaw lill-plejer żagħżugħ Amerikan Taylor Booth mingħand Real Salt Lake. 
Booth għandu biss 16-il sena u diġà sar ftehim bejn iż-żewġ klabbs għalkemm ma ssemmiet l-ebda ċifra. 
Il-plejer illi twieled f’Mejju tas-sena 2001 huwa t-tieni l-iżgħar membru tat-tim nazzjonali Amerikan li lagħab fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena li saret fl-Indja u għen lill-pajjiżu jaslu sal-kwarti tal-finali meta kienu eliminati miċ-champions eventwali l-Ingilterra. 
Ħafna dilettanti tal-futbol fl-Istati Uniti qed isostnu illi Booth għandu talenti kbar illi jista’ jkompli jkabbarhom jekk jingħaqad ma’ xi klabb fl-Ewropa.