Bayern Munich iridu lil Pochettino

Skont l-istazzjon Ingliż Sky Sports UK, il-liders tal-kampjonat Ġermaniż Bayern Munich jinsabu interessati fil-kowċ ta’ Tottenham Mauricio Pochettino. Dan tal-aħħar qed jinteressa ħafna lit-tim mill-Bavarja illi jinsabu impressjonati b’dak li għamel mat-tim minn Londra.
Huma jinsabu fi tfittxija ta’ kowċ ta’ kalibru wara li dak attwali Jupp Heynkes ser jirtira.
Id-diriġenti Ġermaniżi jemmnu illi Pochettino jista’ jkun il-kowċ ideali għalihom minħabba t-teknika li għandu.