​Bayern Munich interessati f’Pulisic

Bayern Munich huma nteressati fit-talent Amerikan Christian Pulisic.
Dan ġie rrappurtat mill-gazzetta Ġermaniża Sport Bild li żiedet tgħid illi l-winger, illi jilgħab ma’ Borussia Dortmund, jista’ jkun sostitut ideali għal Franck Ribery u Arjen Robben illi bil-mod il-mod qed jikbru fl-eta’.
L-istess ġurnal isostni kemm Bayern qegħdin iħarsu lejn il-futur b’tim illi xorta jibqa’ kompetittiv għall-futur b’Lewandowski, Gotze, Hummels u issa probabbilment anke Pulisic.