Bayern Munich fost il-klabbs interessati f’Under

Bayern Munich jinsabu interessati fl-attakkant żagħżugħ ta’ AS Roma Cengiz Under. Skont Daily Mail, ir-rebbieħa renjanti tal-Bundesliga jixtiequ li dan il-plejer ta’ 21 sena jieħu post Arjen Robben fl-iskwadra tagħhom. Il-klabbs Ingliżi ta’ Arsenal u Tottenham urew ukoll interess fl-attakkant Tork.

Huwa mifhum li Roma, li xtraw lil Under mingħand Istanbul Basaksehir sena u nofs ilu, ma aċċettawx s-somma ta’ £32 miljun li offrewlhom Tottenham. Il-plejer internazzjonali Tork skurja tliet gowls u pprovda żewġ assists fil-UEFA Champions League matul dan l-istaġun. Roma ser jippruvaw iżommu lil Under milli jingħaqad ma’ tim ieħor hekk kif it-tim Taljan ifittex li jtejjeb il-wirjiet attwali tiegħu fis-Serie A.