Bayern jinżlu fil-ħames post wara telfa oħra

Bayern Munich ġew megħluba għal darb’oħra fil-Bundesliga hekk kif il-klabb mill-Bavarja tilef f’daru bl-iskor ta’ 3-0 kontra Borussia Monchengladbach. It-tim immexxi minn Niko Kovac naqas milli jikseb rebħa fl-aħħar erba’ logħbiet.

L-attakkant ta’ Borussia Monchengladbach Alassane Plea fetaħ l-iskor wara 10 minuti u Lars Stindl żied it-tieni gowl 6 minuti wara. Il-ġimgħa li għaddiet Bayern Munich sofrew telfa ta’ 2-0 kontra Hertha Berlin u issa jinsabu 4 punti ‘l bogħod minn Borussia Dortmund. Dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa kontra FC Augsburg f’logħba emozjonanti li ntemmet 4-3. Paco Alcacer, li ngħaqad ma’ Borussia Dormtund b’self mingħand Barcelona, skurja l-gowl tar-rebħa minn freekick fis-96 minuta.