Bayern jiksbu biss punt kontra Hertha Berlin

Bayern Munich fallew milli jiksbu tliet punti fl-ewwel logħba tal-Bundesliga kontra Hertha Berlin. Robert Lewandowski skurjja l-ewwel gowl tal-istaġun, iżda dan ma kienx biżżejjed biex jibdew triqtom għar-rebħ tat-tazza li jmiss.

Hertha, li spiċċaw fil-11-il post l-istaġun li għadda, irnexxielhom jiskurjaw darbtejn f’żewġ minuti. Il-gowls ġew minn Dodi Lukebakio u Marko Grujic li ingħaqad mat-tim fuq loan mingħand Liverpool.

Lewandowski rnexxielu jsalva punt wara li skurja minn penalty. Dan ġie mogħti wara li r-referee kien assistit minn-vidjow fejn wera l-isfida li għamel Grujic fuq l-attakkant. Il-kowċ ta’ Bayern, Niko Kovac qal li huma kienu l-aħjar tim u kellhom jirbħu.