Bay Street b’donazzjoni lill-Fond tat-Tfal ta’ Appoġġ

Fil-ħsieb ta’ Bay Street, fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, dejjem kien hemm il-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ karità b’għajnuna lil dawk fil-bżonn.
Issa li twaqqaf il-Kumitat ta’ Responsabbiltà Korporattiva Soċjali (SCR) tal-Bay Street Group, l-inizjattivi msarrfa f'attivitajiet ta' karità qegħdin jiġu ppjanati b’mod strutturat grazzi għall-impenn tal-membri tal-Kumitat tal-SRC.
Din id-darba, l-isforz filantropiku kien biex jgħin il-Fond tat-Tfal ta’ Appoġġ, b’donazzjoni ta’ flus u għamara.
Josefa Grima, General Manager tal-be.HOTEL u Ċermen tal-Kumitat tal-SRC, qalet li “l-Kumpless ta’ Bay Street u l-be.HOTEL huma konvinti li l-Fond tat-Tfal ta’ Appoġġ qiegħed verament jilħaq il-ħtiġijiet ta’ tfal li se jgawdu minn dik id-daqsxejn ta’ mbottatura. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li żaru Bay Street li għamlu possibbli din l-għotja.”
Skont il-maniġer ta’ Appoġġ, li tieħu ħsieb il-Fond tat-Tfal, Roberta Agius, il-fond twaqqaf meta social workers li kienu qegħdin iżuru l-familji indunaw li xi tfal kienu fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ tfal bl-istess abbiltà.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt