Battibekk bejn Yvonne u Jane

L-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa jiftaħ billi nsegwu battibekk bejn Yvonne u Jane. Imma dwar xiex? U Nadia x’se tgħidilhom?

Valentina tinduna li kienet insiet il-mobajl warajha. X’se tagħmel?

Decelis, Psaila u Manwela jitkellmu dwar dak li kienet għaddiet minnu Manwela u għaliex kienet għamlet li għamlet. X’se jgħidu aktar?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.