Battibekk bejn Trump u Time

Ir-rivista Time qed tiċħad dak li qal il-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar intervista għat-titlu “il-Persuna tas-Sena”.
Ilbieraħ, Trump kiteb li rapreżentanti tar-rivista ċemplulu biex issirlu intervista u photoshoot qabel ma tiġi ppubblikata l-edizzjoni tal-Persuna tas-Sena tat-Time Magazine.
Però, ir-rivista qalet li l-President mhuwiex korrett f’dak li qal dwar il-proċess tal-għażla għal dan it-titlu. Kompliet tgħid li mhux se tikkummenta dwar l-għażla għal din is-sena qabel is-6 ta’ Diċembru.
Donald Trump kien rebaħ dan it-titlu s-sena li għaddiet.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li Trump gideb meta qal li hu jżomm in-numru rekord għall-aktar drabi li deher fuq il-qoxra tal-rivista Time.