Battibekk bejn Felix u Psaila

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa Etienne jgħid lil Manwel dak li kien qal lil Frank dwar il-paternitá tiegħu. X’se jgħid l-avukat?

Min se jċempel lil Saviour u x’se jgħidu daqshekk urġenti?

Felix imur għand il-kummissarju għax xtaq ikellmu. X’se jgħidlu u għaliex Felix u Psaila se jkollhom battibekk?

Għaliex Rachel terġa’ taħsibha dwar Faye? X’se jaħseb Saviour meta jara lil Rachel?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.