Batshuayi jingħaqad ma’ Valencia biex jilgħab iżjed

Michy Batshuayi ddeċieda li jingħaqad ma’ Valencia b’self wara li sar jaf li ma jinsabx fil-pjanijiet ta’ Maurizio Sarri. Din hija t-tieni darba f’sena li l-attakkant Belġjan iċċaqlaq b’self wara li sar plejer ta’ Borussia Dortmund matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Batshuayi kellu wirjiet tajbin fil-Ġermanja fejn skurja 9 gowls f’14-il logħba qabel ma l-esperjenza tiegħu fil-Bundesliga ntemmet ħesrem minħabba injury.

Chelsea rnexxilhom jsaħħu lit-tim tagħhom billi akkwistaw lil Kepa Arrizabalaga, Mateo Kovacic u Jorginho iżda ma sabux attakkant li jista’ jipprovdi kompetizzjoni lil Oliver Giroud, Alvaro Morata u Tammy Abraham.