‘Batman’ jgħin biex jinqabad raġel imfittex mill-pulizija

Fi Bradford l-Ingilterra, raġel liebes ta’ Batman daħal f’għassa tal-pulizija, wassal raġel ieħor li kien imfittex mill-pulizija u ħarab minnufih.

Il-pulizija ppublikat ritratt mill-kameras tal-għassa u qalet li għalkemm ma tafx min hu r–raġel liebes il-kostum, apprezzat l-għajnuna tiegħu biex instab ir-raġel li kien imfittex dwar serq u frodi.

Skont rapporti fil-midja, jidher li ‘Batman’ kien raġel ta’ 39 sena li jwassal l-ikel ċiniż. Jidher li r-raġel akkużat b’serq u frodi kien ħabib tiegħu, u kien ‘Batman’ stess li kkonvinċieh biex imur l-għassa.