Bastun elettroniku għall-anzjani

Instabet soluzzjoni għal dawk il-persuni anzjani li ta’ sikwit jitilfu triqthom lura lejn id-dar. Dan hekk kif il-kumpanija Fujitsu ħarġet b’bastun li huwa mgħammar b’navigazzjoni satellitari.
L-għan tan-Next Generation Cane, huwa li tiġi ffaċilitata l-ħajja tal-anzjani u fl-istess ħin, isir moniteraġġ tal-qalb u t-temperatura tal-ġisem.
Mill-kumdita tad-dar, il-qraba jistgħu jsegwu lill-membri avvanzati fiż-żmien b’mod online. Il-bastun ħaseb ukoll biex jibgħat messaġġi ta’ twissija jekk l-anzjan isib lilu nnifsu f’diffikultà.
Din l-invenzjoni għad trid tiġi żviluppata, hekk kif għalissa għadha mhux f’pożizzjoni li tagħti direzzjonijiet bħal GPS.
Il-kumpanija Fujistu, ibbażata l-Ġappun, taħdem qatigħ favur l-anzjani, hekk kif huwa stmat li mal-20 fil-mija tal-popolazzjoni hi magħmula minn persuni ta’ ‘l fuq minn 65 sena, l-aktar popolazzjoni anzjana fid-dinja.