Bastimenti Ċiniżi jfittxu f’żona ġdida tal-Oċean Indjan

Żewġ bastimenti Ċiniżi bdew operazzjoni ta’ tfittix f’żona ġdida tal-Oċean Indjan, bit-tama li jsibu xi fdalijiet tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines.
Il-bastimenti jinsabu fl-inħawi fejn intlemħu biċċiet li huwa maħsub li jistgħu ikunu tal-ajruplan li għeb fit-8 ta’ Marzu li għadda, b’239 persuna abbord.
Matul il-ġurnata tal-lbieraħ, bdoti ta’ ħames ajruplani ta’ salvataġġ qalu li raw diversi oġġetti fil-baħar f’żona ġdida tal-oċean ta’ madwar 1,100 kilometru.
Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott qal li kulħadd irid jiftakar dwar id-diffikultà ta’ operazzjoni ta’ salvataġġ estensiva bħal din.