Bastiment tal-merkanzija b’50 persuna salvata abbord fi triqtu lejn l-Italja

Read in English.

Bastiment tal-merkanzija Taljan, Asso 25, li salva 50 immigrant fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ Maltija jinsab fi triqtu lejn Pozzallo. Il-persuni ġew salvati nhar il-Ħamis filgħaxija.

L-għaqda Alarm Phone kienet kitbet fuq Twitter dwar il-possibilità li dawn il-persuni jiddaħħlu f’Lampedusa.

Newsbook.com.mt kien għamel kuntatt mal-kelliema tal-Forzi Armati ta’ Malta li qalet li ma kellha l-ebda tagħrif dwar possibilità ta’ immigranti li ġew salvati fl-ibħra Maltin.

Alarm Phone kitbu fuq Twitter li huma kienu avżaw lill-awtoritajiet Maltin iżda dawn ma kienux bagħatu għajnuna filwaqt li l-bastiment tal-merkanzija kien jinsab fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ Maltija.

Skont dak li ġie rrappurtat minn Ansa, il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini kien infurmat dwar dan is-salvataġġ kif ukoll l-awtoritajiet tal-port ta’ Pozzallo.