Bastiment se jevakwa l-Ingliżi mil-Libja

Bastiment tal-armata Ingliża qed jipprepara biex jevakwa diversi Ingliżi mil-Libja hekk il-vjolenza f’dan il-pajjiż kompliet tikber.
Sorsi qrib il-Gvern Ingliż irrappurtaw li l-bastiment HMS Enterprise jinsab fi triqtu lejn Tripli biex jevakwa diversi persuni ta’ nazzjonalità Ingliża.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ingliż ħeġġeġ lill-persuni Ingliżi biex iħallu l-Libja immedjatament hekk kif anke se tingħalaq temporanjament l-ambaxxata Ingliża fil-kapitali Libjana.
Il-Gvern Ingliż qal li se jkun qed jipprovdi assistenza biex numru ta’ Ingliżi jkunu jistgħu jiġu evakwati mil-Libja.