Bastiment Malti jinvestiga relitti leġġendarji tal-Ewwel Gwerra Dinjija

Bastiment Malti investiga relitti leġġendarji tal-Ewwel Gwerra Dinjija fil-Greċja.
Din hi t-tieni darba li l-U-Boat Navigator salpa lejn il-gżira ta’ Kea biex tiġi studjata l-kundizzjoni tal-HMHS Brittanic, li għereq madwar mitt sena ilu. F’għaxart ijiem, inġibdu filmati tal-ogħla kwalita’ għal dokumentarju u għal riċerka xjentifika.
Il-Brittanic hu meqjus famuż bħat-Titanic iżda b’destin differenti, hekk kif ġew salvati l-1,036 persuna abbord u mietu 30. L-ewwel darba li ġie esplorat bħala relitt kien minn Jacques Cousteau fl-1975.
Wara t-tlestija tal-missjoni fuq il-Brittanic, jidher li r-riċerkaturi qed iħarsu lejn vapur ieħor mgħarraq ġimgħa biss qabel, l-S/S Burdigala li wkoll għereq fil-qrib wara li laqat mini mqegħda mill-Ġermaniżi.