Basktijiet tat-tfal, sinkijiet u żraben fost oġġetti li qed toffi għall-bejgħ id-Dwana

Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana qed terġa’ toffri bejgħ ta’ diversi oġġetti fosthom basktijiet tat-tfal, sinkijiet u żraben fost oġġetti oħrajn.

Fi stqarrija kien spjegat li d-Dwana se tkun qed tirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti. Dawn jinkludu:

  • Prodotti ta’ Inbid u Xorb Alkoħoliku
  • 6 lottijiet ta’ aċċesorji elettroniċi
  • Ħajt tal-ħjata
  • Tazzi tal-Plastik
  • 12-il lott ta’ Ħwejjeġ
  • Basktijiet tat-tfal
  • 17-il lott ta’ żraben
  • Kutri
  • Injam
  • Sinkijiet ta’ l-idejn
  • Kit Car Chassis
  • 22 lott ta’ Skrataċ

Hemm offrut ukoll dgħajsa Shaft 34 Sport u Kit Car Chassis.

L-offerti ssiġillati qed jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn 23 ta’ Novembru, 2020, u l-Ħamis 26 ta’ Novembru, 2020, mit-8am sa 12pm u mis-1pm sal-4pm, ul-Ġimgħa 27 ta’ Novembru, 2020,mit-8am sa 12pm.

Biex wieħed jara lott, jiġbor formoli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jaċċessaha mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru tat-telefon 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.