Basketball: Gżira Athleta u Starlites rebbieħa tan-knockouts fid-diviżjonijiet rispettivi

Gżira Athleta huma r-rebbieħa tal-BOV Basketball Knockout tal-Ewwel Diviżjoni.

Dan huwa t-12-il titlu mirbuħ minn Gżira fl-istorja tal-klabb wara li fil-finali għelbu lil Falken Cynergi Virtus bl-iskor ta' 98-84.
Peter Perotti, Chief Officer ta' Bank of Valletta ppreżenta t-tazza u l-midalji lir-rebbieħa fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball, Joseph Muscat.
Il-plejer barrani ta' Gżira Athleta, Lee Fisher ġie magħżul bħala l-aqwa plejer u ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva.
Intant fil-finali knockout tat-Tieni Diviżjoni, Starlites għelbu lil St Nicholas Suns 100-57 bl-aqwa plejer jiġi magħżul Ivan Mitrovic.