Basal tal-pikles

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ikollok bżonn

kilo basal żgħir

6 imsiemer tal-qronfol

2 weraq rand

10 peppercorns suwed

litru ħall abjad jew aħmar

Metodu

Sterelizza l-vazetti.

Għalli kazzola bl-ilma. Itfa’ l-basal u għallihom għal 2 minuti. Saffihom u poġġihom ġol-vażetti flimkien mal-imsiemer tal-qronfol, ir-rand u l-peppercorns.

Ferragħ l-ħall ġo kazzola. Għallih u ħallih ibaqbaq għal 3 minuti. Neħħih minn fuq in-nar u ħallih jibred.

Itfa’ l-ħall fil-vazetti sakemm tiksi l-basal u ssiġillah b’għatu li jagħlaq l-arja.

Tista’ taħżnu f’post fid-dlam għal madwar xahrejn qabel tużah jew ħalli l-vazetti f’post fejn tilħqu ix-xemx biex issir iktar malajr.