Barton bl-ewwel esperjenza tiegħu f’League One

L-eks plejer u kummentatur sportiv Joey Barton ser isegwi l-passi ta’ Steven Gerrard u Frank Lampard hekk kif ġie ppreżentat bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Fleetwood Town, li jikkompetu fit-tielet diviżjoni Ingliża.
Barton iffirma kuntratt ta’ tliet snin hekk kif jidher li ħa jieqaf kompletament milli jilgħab anke jekk is-sospensjoni ta’ 18-il xahar, li ngħatatlu minħabba 1,260 mħattra li għamel fuq medda ta’ 10 snin, se tkun intemmet sal-bidu tal-istaġun li jmiss.
L-eks plejer ta’ Newscastle United, Manchester City, Glasgow Rangers u Burnley jitqies bħala personalità kontroversjali u magħruf għall-kummenti li jikteb fuq il-midja soċjali u għan-nuqqas ta’ dixxiplina fil-grawnd.
L-aħħar logħba tiegħu bħala plejer seħħet f’April tal-2017 meta Burnley ħargu telliefa fl-isfida ma’ Manchester United bl-iskor ta’ 2-0.