Bartolo jirringrazzja lill-mexxejja Laburisti kollha

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, kmieni dalgħodu rringrazzja lil “dawk li b’ħafna impenn u dedikazzjoni mexxew lill-Partit Laburista tul l-aħħar seklu”. Semma lil William Savona, Paul Boffa, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant u Joseph Muscat.

Bartolo rrimarka li l-politika mhix tajba jew ħażina minnha nnifisha, “iżda kif inħaddmuha u ngħixuha”. Awgura lill-mexxej il-ġdid biex jgħix it-tmexxija bl-ispirtu li jservi lill-poplu u lill-pajjiż.

Facebook

Fl-aħħar ġimgħat, il-Ministru Bartolo kien voċiferu ħafna dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż. Fuq Facebook, kull filgħodu kien ileħħen il-ħsus tiegħu dwar l-aħħar żviluppi fix-xena politika.