Bartolo b’poeżija għal dawk li jridu ħajja “bis-sens għas-servizz pubbliku”

Read in English.

Il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu iddedika poeżija ta’ Edgar Lee Masters lil dawk kollha li jridu jgħixu ħajja bis-sens għas-servizz tal-poplu.

Bartolo qal li jiddedikaja għal dawk li ma marrux għas-servizz tal-poplu sabiex jiksbu suċċess personali minn fuq dahar ħaddieħor.

Filwaqt li l-poeżija George Gray ta’ Edgar Lee Masters hija oriġinarjament bl-Ingliż, Bartolo xerred tranżlazzjoni tagħha bil-Malti:

Flejt kemm-il darba
L-irħama li tnaqqxet għalija fuq qabri:
Dgħajsa bil-qlugħ imkebbeb tistrieh fil-port.
Ngħid is-sew din turi mhux fejn wasalt
iżda ħajti sħiħa.

Għax offrewli l-imhabba imma qagħdt lura
minnha biex ma nkunx diżappuntat.
In-niket ħabbatli fuq il-bieb, imma ma ftaħtlux.
L-ambizzjoni sejħtili, imma bżajt nissogra.
Sadattant dejjem kont infittex li ngħix ħajja bis-sens.

U issa naf li rridu ntellgħu l-qlugh
u naqbdu l-irjieh tad-destin
jieħdu fejn jieħdu d-dgħajsa tagħna.
Li ssib is-sens f’ħajtek taf tispiċċa miġnun.
Imma ħajja mingħajr sens hija t-tortura
ta’ ħajja bla kwiet u ta’ xewqa li ma tafx x’inhi.
Hi dgħajsa li tixtieq il-baħar
imma tibża’.