Bars tal-banana u chocolate chips

bars tal-banana

Ingredjenti

65g butir, imdewweb

130g zokkor ismar

kuċċarina vanilla

bajda

130g dqiq

70g banana mgħaffġa

70g chocolate chips (jew lewż imfarrak jekk tippreferi)

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ/350˚F. Idlek bil-butir dixx tal-forn 20ċmx20ċm u iksi b’karta strazza.

F’bieqja kbira ħallat tajjeb il-butir imdewweb maz-zokkor ismar. Żid il-vanilla u l-bajda u erġa’ ħawwad tajjeb. Żid id-dqiq u daħħlu sewwa fit-taħlita. Imbagħad żid il-banana mgħaffġa u ċ-chocoalte chips (jew il-lewż). Ħawwad sakemm ikollok taħlita tajba imma tħawwadx iżżejjed. Ferragħ fil-landa tal-forn u aħmi għal bejn 22-28 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.

Ħalli tibred għal 15-il minuta. Imbagħad aqta’ jew fi strippi inkella fi kwadri.