Barranin jinżammu arrestati wara li serqu deheb u flus mill-ħwienet u d-djar

Belġjan u Taljana tressqu quddiem il-Qorti wara li ġew arrestati f’ħidma kkordinata mill-Pulizija.
Huma ġew mixlija li kienu nvoluti fi tmien każi ta’ serq u attentat serq minn numru ta’ ħwienet u dar residenti.
Il-barranin kienu qed iżommu ammont ta’ flus, oġġetti u deheb.
Huma ammettew l-akkużi kontrihom u nżammu arrestati.
Is-sentenza se tingħata mill-Qorti aktar tard dan ix-xahar.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.