Libjan fil-periklu tal-mewt wara għawma f’Birżebbuġa

Libjan ta’ 29 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħatju wara li sab ruħu f’diffikulta waqt li kien qed jgħum f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fil-Bajja s-Sabiħa.
Ir-raġel, li jgħix Ħal Far, ittella’ mill-baħar mitluf minn sensieh.
Ambulanza li marret fuq il-post ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Hemm huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.