Barrani arrestat wara li kellu dokument falz

Raġel ta’ 29 sena min-Niġer tressaq quddiem il-Qorti mixli li kellu karta tal-identità Taljana falza.
Huwa ġie arrestat wara li impjegat ta’ bank issuspetta li d-dokument tar-raġel kien falz.
Il-Qorti kellha tieqaf għal madwar ħames minuti minħabba li r-raġel ma riedx jikkopera waqt is-smigħ.
Aktar tard, ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi, ma talabx għal-libertà proviżorja u nżamm arrestat.