Filmat: Barra “aħwa Maltin” issa “aħwa immigranti”?

L-Arċisqof Charles Scicluna jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg

Read in English.

Il-Papa ħareġ enċiklika bl-isem ta’ Lkoll Aħwa. Dan ifisser illi barra aħna “aħwa Maltin” issa suppost ngħidu wkoll “Aħwa immigranti?” U x’jgħidu dawk li joqogħdu l-Ħamrun u l-Marsa? Nistgħu ngħixu lkoll bħala aħwa?


Għala l-Papa qed jgħid li jekk tikber l-ekonomija mhux bilfors li jgawdi kulħadd? Dan mhux diskors politiku?


Il-Ġimgħa f’nofsinnhar l-Arċisqof Charles Scicluna jkun live fuq Newsbook.com.mt biex iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg waqt edizzjoni speċjali ta’ Newsbook Q&A.

Huwa jwieġeb ukoll dwar kif il-pandemija tal-coronavirus laqtet lilu personalment u kif qed twieġeb il-Knisja. Is-soċjetà għandha x’titgħallem minn din il-pandemija.


Il-Ġimgħa f’nofsinhar fuq Newsbook.com.mt u Facebook.