Barclays mistenni jkeċċi mat-3,700 ħaddiem

Il-Bank Barclays ħabbar li se jkun qed ikeċċi mat-3,700 ħaddiem, fosthom 1,800 impjegat f’irwoli bankarji u 1,900 oħrajn fis-settur tal-Business Banking.

Il-Bank Ingliż riċentament kien jinsab taħt il-lenti fuq allegat skandlu li seħħ lura fl-2011. Il-profit ta’ dan l-istess bank fl-2011 kien tela’ minn 5.9 miljun sterlina għal 246 miljun sterlina.

Shareholders ta’ dan l-istess bank dehru kuntenti li se jkun hemm tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, liema tnaqqis mistenni jwassal għall-inqas infieq.