Barcelona wara Dele Alli

Barcelona baqgħu fl-aħbarijiet tas-suq tat-trasferimenti hekk kif qegħdin ifittxu plejer ta’ nofs il-grawnd bir-rivista Spanjola SPORT toħroġ l-aħbar illi l-Katalani nteressati fl-istilla ta’ Tottenham Hotspur u tat-tim nazzjonali Ingliż DeleAlli.
Bil-Blaugrana illi xorta għadhom interessati f’Coutinho ta’ Liverpool, l-alternattiva tista’ tkun iż-żagħżugħ Ingliż sabiex isaħħu t-tim.
Alli għandu 21 sena u ilu ma’ Tottenham sentejn hekk kif minn 77 partita skorja total ta’ 30 gowl.