Barcelona viċin Di Maria

Barcelona jinsabu viċin li jakkwistaw lill-winger ta’ Paris St Germain Angel di Maria.
Skont il-ġurnal Ingliż The Sun, il-Katalani jinsabu ddispratigħall-attakkant ieħor wara t-tluq ta’ Neymar tant illi issa tefgħu ħarsithom lejn l-exmidfielder ta’ Real Madrid.
Di Maria jidher li jista’ japprova dan it-trasferiment għax ftit qed isib postu mal-Pariġini wara l-akkwisti illi għamlu u jixtieq jiġi nkluż mat-team nazzjonali Arġentin peress illi hija s-sena tat-Tazza tad-Dinja.