Barcelona mhux interessati f’Luiz

Barcelona mhumiex interessati li jiksbu l-firma tad-difensur Brażiljan David Luiz wara li dan tal-aħħar offra lilu nnifsu lill-klabb wara żjara li għamel fil-belt Spanjola biex jikkura injury illi għandu.
Il-fatt illi għandu 30 sena u li mhux fil-pjanijiet tal-kowċValverde, ġiegħel lill-Katalani jirrifjutaw din l-offerta illi għamel.
Skont ir-radju Catalunya Radio, via Sport, il-futur ta’ David Luiz jinsab inċert ma’ Chelsea hekk kif qed jiġi attirat minn offerti minn Arsenal, Manchester United, Juventus u Real Madrid.
Kelliem mid-diriġenza ta’ Barcelona sostna li l-pjan li għandhom huwa li jsibu difensur żagħżugħ li jista’ joffri garanzija fil-futur.